Skedi informattivi dwar il-mard
Illum, diversi mardiet jistgħu jiġu evitati permezz tat-tilqim. Permezz tat-tilqim, in-nies jistgħu jiġu protetti kontra mard li jista’ jkollu konsegwenzi serji għas-saħħa tagħhom. It-tilqim inaqqas ukoll ir-riskju ta’ tixrid tal-mard fost il-membri tal-familja, il-ħbieb tal-iskola jew il-kollegi, il-ħbieb u l-ġirien, kif ukoll lil nies oħra fil-komunità. Ir-riċerka tibqa’ għaddejja biex tiżviluppa tilqim kontra aktar mard.
Biex issir taf aktar dwar il-mard li jista’ jiġi evitat permezz tat-tilqim, ikkonsulta l-iskedi informattivi ta’ hawn taħt. Kull skeda informattiva tipprovdi fatti ewlenin dwar marda, b’ħarsa ġenerali lejn is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, kif tinxtered il-marda, min jinsab f’riskju, kif il-marda tista’ tiġi evitata u kif tista’ tiġi ttrattata.
Bħalissa huma disponibbli skedi informattivi dwar diversi mard prevenibbli b’vaċċin u dwar il-COVID-19. Aktar skedi informattivi se jiġu inklużi fi stadju aktar tard.
COVID-19
Fatti ewlenin dwar il-COVID-19, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-COVID-19 fit-tul, kif tinxtered, u l-fatturi ta’ riskju.
Difterite
Fatti ewlenin dwar id-difterite, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.
Enċefalite li tinġarr mill-qurdien (Tick-borne encephalitis, TBE)
Fatti ewlenin dwar l-enċefalite li tinġarr mill-qurdien, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.
Epatite A
Fatti ewlenin dwar l-epatite A, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinfirex, il-prevenzjoni u l-kura.
Epatite B
Fatti ewlenin dwar l-epatite B, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.
Haemophilus influenzae tat-tip b (Hib)
Fatti ewlenin dwar il-Haemophilus influenzae tat-tip b (Hib), is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tittieħed, il-prevenzjoni u t-trattament.
Il-gattone
Fatti ewlenin dwar il-gattone, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jittieħed, il-prevenzjoni u t-trattament.
Il-ġidri r-riħ (variċella)
Fatti ewlenin dwar il-ġidri r-riħ (variċella), is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jittieħed, il-prevenzjoni u t-trattament.
Influwenza
Fatti ewlenin dwar l-Influwenza, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.
Ir-rubella
Fatti ewlenin dwar ir-rubella, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.
It-Tetnu
Fatti ewlenin dwar it-tetnu, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.
Marda meningokokkali
Fatti ewlenin dwar il-mard meningokokkali, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.
Mpox
Fatti ewlenin dwar il-Mpox, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.
Pertussis
Fatti ewlenin dwar il-pertussis, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.
Poljo
Fatti ewlenin dwar il-poljo, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.
RSV
Fatti ewlenin dwar is-sintomi tal-RSV, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jinfirex, il-prevenzjoni, it-tilqim u t-trattament.
TB
Fatti ewlenin dwar it-TB (tuberkulożi); is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.
Virus tal-papilloma uman (HPV)
L-infezzjoni tal-virus tal-papilloma uman (HPV) hija infezzjoni virali li tiġi trażmessa l-aktar sesswalment permezz ta' kuntatt dirett...
Ħosba
Fatti ewlenin dwar il-ħosba, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.
Ħruq ta’ Sant’Antnin
Fatti ewlenin dwar il-ħruq ta’ Sant’Antnin; is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jinxtered, il-prevenzjoni u t-trattament.
Nota: L-informazzjoni li tinsab f’dawn l-iskedi informattivi hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni ġenerali u ma għandhiex tintuża bħala sostitut tal-għarfien espert individwali u tal-ġudizzju ta’ professjonist fil-kura tas-saħħa.