Dwar il-vaċċini

Il-vaċċini jipproteġu lill-persuni kontra mard infettiv serju u ta’ periklu għall-ħajja. Fil-passat, ħafna nies kienu jmutu b’mard li issa jista’ jiġi evitat permezz tat-tilqim. Il-mard u l-kumplikazzjonijiet li kienu komuni issa saru rari jew saħansitra sparixxew kompletament bis-saħħa tat-tilqim mifrux. 

Xi wħud minn dawn il-kumplikazzjonijiet jinkludu:

  • paraliżi, diżabilitajiet tul il-ħajja, jew mewt mill-poljo 
  • telf tal-vista minħabba l-ħosba
  • truxija, katarretti jew diżabilitajiet fit-tagħlim fi trabi li jitwieldu minn ommijiet li kellhom ir-rubella fil-bidu tat-tqala. 

It-tilqim jgħin jipprevjeni l-firxa tal-mard fil-komunitajiet Meta perċentwal kbir ta’ popolazzjoni jitlaqqam, il-mard infettiv ma jistax jinfirex faċilment. Din hija magħrufa bħala “immunità komunitarja” (li tissejjaħ ukoll “immunità kollettiva”). 

Għal aktar informazzjoni dwar l-immunità komunitarja ara . 

Il-benefiċċji tat-tilqim

Il-vaċċini kif jipproteġuna u kif iwaqqfu t-tixrid tal-marda? Skopri l-benefiċċji tagħhom għall-individwi u għall-komunità.

It-tilqim huwa l-aħjar mod ta’ kif tinbena l-immunità kontra mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, għall-kuntrarju tal-immunità li tinkiseb meta wieħed taqbdu l-marda. It-tilqim jipprevjeni lin-nies milli jiżviluppaw is-sintomi tal-marda, li jistgħu jkunu severi. 

Il-programmi tat-tilqim għandhom benefiċċji soċjetali usa’ u jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-piżijiet soċjali, psikoloġiċi u finanzjarji tal-mard billi jnaqqsu l-pressjonijiet fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali.

Mistoqsijiet u tweġibiet

Huwa naturali li jkollok mistoqsijiet dwar il-vaċċini meta tieħu d-deċiżjoni rigward jekk titlaqqamx jew jekk il-membri tal-familja tiegħek għandhomx jitlaqqmu. Din il-paġna tippreżenta wħud mill-mistoqsijiet l-aktar komuni li n-nies jista’ jkollhom dwar il-vaċċini, bi tweġibiet ibbażati fuq il-fatti.

Kif jaħdmu l-vaċċini

Il-vaċċini jgħallmu lis-sistemi immunitarji tagħna kif jiġġieldu l-mard. Sir af kif jaħdmu biex jipproteġuna milli nimirdu.

Approvazzjoni tal-vaċċini fl-UE

Skopri kif l-awtoritajiet fl-Ewropa jittestjaw biex jiżguraw li l-vaċċini jkunu sikuri u effettivi qabel ma jiġu approvati għall-użu.

Meta għandu jsir it-tilqim

Sib skedi nazzjonali tat-tilqim għall-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE li joffru tilqim għal etajiet u popolazzjonijiet speċifiċi.

L-istorja tat-tilqim

Il-vaċċini ilhom jintużaw għal aktar minn 200 sena, minn meta ġie żviluppat l-ewwel vaċċin biex jipproteġi kontra l-ġidri, marda li qatlet sa nofs dawk kollha infettati u li kellha impatt kbir fuq iċ-ċivilizzazzjoni tal-bniedem, fl-1796.