Marda pnewmokokkali

Skeda Informattiva

X’inhi l-marda pnewmokokkali?

Il-marda pnewmokokkali hija infezzjoni batterika potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja li tista’ tikkawża kumplikazzjonijiet serji. Hija kkawżata minn batterji msejħa Streptococcus pneumoniae (magħrufa wkoll bħala pnewmokokki). Il-batterji jistgħu jinfettaw partijiet differenti tal-ġisem u s-sintomi jvarjaw skont fejn tinsab l-infezzjoni. 

Il-vaċċini kontra l-marda pnewmokokkali huma ġeneralment inklużi fl-iskedi nazzjonali tat-tilqim madwar l-UE/iż-ŻEE. 

At a glance: Pneumococcal disease in Europe

  • Disease that can affect different parts of the body caused by bacteria
  • Pneumococcal disease spreads through the air
  • Around 9000 cases every year 
  • Vaccination can prevent pneumococcal disease and the complications it can cause 

Find out more about the pneumococcal disease vaccine in your country

X’inhuma s-sintomi tal-marda pnewmokokkali?

Is-sintomi tal-marda pnewmokokkali jiddependu mill-parti tal-ġisem li l-batterji jinfettaw.

L-infezzjoni tista’ tkun relattivament ħafifa, meta taffettwa biss l-imnieħer jew il-widnejn. Madankollu, jekk il-batterji jidħlu f’partijiet oħra tal-ġisem, bħad-demm, il-moħħ jew il-qalb, is-sintomi jistgħu jsiru severi u ta’ periklu għall-ħajja. 

pneumococcal

Is-sintomi ta’ marda ħafifa jinkludu:

  • Uġigħ fil-widnejn
  • Uġigħ ta’ ras
  • Mnieħer imblukkat
  • Sogħla
  • Deni
  • Telf ta’ aptit

Is-sintomi ta’ marda aktar sever jistgħu jinkludu:

  • Konfużjoni
  • Uġigħ fis-sider
  • Diffikultà fit-teħid tan-nifs
  • Sensittività għad-dawl
  • Uġigħ serju jew skumdità
  • Raxx li ma jisparixxix meta tagħfas fuqu 
  • Ġilda, xofftejn jew ilsien pallidi, blu, griżi jew bil-ponot
  • Ġilda skura madwar id-dwiefer tas-swaba’ jew l-għajnejn.
pneumococcal can spread

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-marda pnewmokokkali? 

Il-kumplikazzjonijiet tal-marda pnewmokokkali jiddependu minn fejn tinsab l-infezzjoni fil-ġisem. Kumplikazzjonijiet potenzjali jinkludu: 

  • Meninġite (infjammazzjoni tal-membrana ta’ madwar il-moħħ u l-korda spinali)
  • Sepsi (infezzjoni serja/avvelenament serju tad-demm) 
  • Pulmonite (infezzjoni u infjammazzjoni tal-pulmuni)
  • Osteomijelite (infjammazzjoni tal-għadam)
  • Artrite settika (infezzjoni u infjammazzjoni tal-ġogi)

F’każijiet rari, il-meninġite (li sseħħ l-aktar fit-tfal) u s-sepsi jistgħu jwasslu għal diżabilitajiet tul il-ħajja bħal nuqqas ta’ smigħ jew ħsara fil-moħħ. L-amputazzjoni tar-riġlejn hija meħtieġa f’każijiet severi. 

Jekk ma jiġux ittrattati, infezzjonijiet serji jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja.

Il-pulmonite pnewmokokkali hija kawża frekwenti ta’ mewt f’persuni akbar fl-età.

Kif tittieħed il-marda pnewmokokkali?

Il-batterji li jikkawżaw il-marda pnewmokokkali spiss jgħixu fl-imnieħer u fil-gerżuma ta’ persuna mingħajr ma jikkawżaw mard.  Madankollu, jekk il-batterji jiċċaqalqu lejn parti oħra tal-ġisem, l-infezzjoni li tirriżulta tista’ tkun serja ħafna. Anki jekk persuna ma jkollhiex sintomi, il-batterji jistgħu jgħaddu minn għandhom għal oħrajn permezz ta’ qtajriet respiratorji, li l-aktar iseħħu permezz ta’ kuntatt mill-qrib mat-tfal, b’mod partikolari f’ċentri ta’ kura ta’ matul il-jum jew f’unitajiet domestiċi ta’ familji kbar.

Min huwa f’riskju li taqbdu l-marda pnewmokokkali?

Kulħadd jista’ jiżviluppa infezzjoni tal-marda pnewmokokkali fi kwalunkwe età. Madankollu, dawk l-aktar f’riskju ta’ infezzjoni u mard sever huma tfal taħt il-ħames snin, persuni akbar fl-età (spiss infettati min-neputijiet tagħhom) u persuni b’sistemi immunitarji dgħajfa.

Baby being vaccinated

Kif tista’ tiġi pprevenuta l-marda pnewmokokkali? 

It-tilqim huwa wieħed mill-aktar mezzi effettivi għall-prevenzjoni tal-marda pnewmokokkali. Il-vaċċini pnewmokokkali huma parti mill-iskeda tat-tilqim fit-tfulija f’ħafna mill-Istati Membri tal-UE/taż-ŻEE.

Iż-żamma ta’ iġjene xierqa u l-evitar ta’ kuntatt ma’ persuni li ma jifilħux jistgħu jgħinu wkoll fil-protezzjoni kontra l-infezzjoni pnewmokokkali. Persuni bi pnewmokokki fl-imnieħer u fil-gerżuma tagħhom iżda mingħajr sintomi jistgħu jittrażmettu l-batterji, u dan jagħmilha diffiċli biex tiġi evitata. 

Kif tiġi trattata l-marda pnewmokokkali?

It-trattament għall-marda pnewmokokkali ġeneralment jinkludi l-antibijotiċi għat-trattament tal-infezzjoni. Trattamenti oħra jiddependu mill-post tal-infezzjoni fil-ġisem u mill-kumplikazzjonijiet speċifiċi li l-infezzjoni setgħet ikkawżat.