Informazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-UE/taż-ŻEE
Meta wieħed iħares lejn l-informazzjoni relatata mas-saħħa, jaf ikun diffiċli li wieħed jiġġudika l-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni misjuba. Bl-informazzjoni kollha disponibbli fuq l-internet u li tiċċirkola fuq il-media soċjali dwar it-tilqim, xi kultant in-nies iħossuhom mitlufa. Jista’ jkollhom bżonn jistaqsu fejn jistgħu jsibu informazzjoni preċiża, min hemm wara l-iżvilupp tal-informazzjoni li jsibu, kif ukoll jekk l-informazzjoni hijiex sostnuta minn evidenza xjentifika. Din it-taqsima fiha links għal riżorsi nazzjonali fl-UE/fiż-ŻEE sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal sorsi affidabbli ta’ informazzjoni.