Influwenza
What is influenza?
Influenza (flu) is a contagious respiratory illness caused by infection with an influenza virus. In Europe, influenza occurs in regular annual epidemics in the winter season.
It is estimated that up to 50 million people are infected with seasonal influenza viruses in the European Union (EU)/European Economic Area (EEA) each year.
Animals can also be infected with influenza (for example, avian and swine influenza), and in some cases, they can then infect humans.
In addition to seasonal epidemics, new influenza viruses may occasionally emerge and cause pandemics. An influenza virus pandemic is the rapid spread of a new human influenza virus around the world.
At a glance: Flu in Europe
- Respiratory disease caused by a virus
- Flu virus spreads easily through the air
- Around 50 million cases and 70 000 deaths every year
- Can cause complications in older people and in people with weak immune systems
- Vaccination can prevent flu and its complications
X’inhuma s-sintomi tal-influwenza?
Mhux kull persuna li tkun infettata b’virus tal-influwenza tibda tħossha ma tiflaħx. Għal dawk li jħossuhom ma jifilħux, is-sintomi komuni jinkludu:
- deni jew stat ta’ deni;
- uġigħ ta’ ras;
- uġigħ fil-muskoli;
- sentiment ġenerali ta’ mard;
- imnieħer iqattar;
- uġigħ fil-griżmejn;
- sogħla.
Is-severità tal-marda tvarja ħafna, minn l-ebda sintomu affattu sa mard sever. F’każijiet mhux ikkumplikati, is-sintomi jgħibu waħidhom normalment fi żmien ġimgħa mill-bidu tas-sintomi.
X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-influwenza?
Il-kumplikazzjonijiet tal-influwenza jinkludu fost oħrajn, pulmonite u enċefalite (infjammazzjoni tal-moħħ).
Mard u kumplikazzjonijiet severi huma aktar komuni fi trabi żgħar ħafna, fil-popolazzjoni anzjana fraġli u f’ċerti gruppi b’riskju mediku. Minkejja dan, madwar nofs it-tfal u l-adulti fl-età tax-xogħol li jkunu jeħtieġu kura intensiva ma jkollhom l-ebda kundizzjoni medika diġà eżistenti.
Kif tinfirex l-influwenza?
L-influwenza tinfirex faċilment minn persuna għall-oħra, prinċipalment permezz ta’ kuntatt dirett ma’ sekrezzjonijiet minn pazjenti infettati, bħall-qtar żgħir ta’ fluwidu li joħroġ meta jisogħlu jew jieħdu nifs ’il barra. Din tinfirex ukoll permezz ta’ sekrezzjonijiet fuq l-idejn, it-tixus u l-uċuħ li n-nies imissu.
Min qiegħed f’riskju li taqbdu l-influwenza?
Madwar 20 % tal-popolazzjoni tiġi infettata bl-influwenza kull sena u persuna waħda minn kull erba’ persuni infettati se tiżviluppa s-sintomi.
It-tfal jiġu infettati ftit aktar spiss mill-adulti, minħabba s-sistema immunitarja tagħhom li ma tkunx żviluppata biżżejjed. Minbarra dan, it-tfal huma aktar probabbli li jiġu infettati minħabba l-prattiki mhux tajbin ta’ iġjene tagħhom.
Il-gruppi b’riskju għoli huma:
- l-anzjani
- persuni ta’ kull età b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi (bħall-mard tal-qalb, dawk bi problemi bil-pulmun u bil-pajpijiet tan-nifs u persuni li jbatu minn dijabete jew problemi bis-sistema immunitarja),
- nisa tqal, u
- tfal taħt il-ħames snin.
Dawn il-persuni x’aktarx li jsofru aktar minn mard sever minn dawk li huma b’saħħithom.
Kif tista’ tiġi evitata l-influwenza?
It-tilqim huwa l-mod l-aktar effettiv biex tiġi evitata l-influwenza. L-Istati Membri tal-UE jirrakkomandaw it-tilqim tal-influwenza staġonali għal gruppi b’riskju, bħall-adulti mdaħħla aktar fl-età, b’firxa ta’ età minn ≥50 sa ≥65 sena, skont il-pajjiż, u l-individwi b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-UE (1) jirrakkomandaw ukoll lill-pajjiżi biex itejbu l-kopertura tat-tilqim għall-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO għat-tilqim tan-nisa tqal, u xi wħud isegwu r-rakkomandazzjonijiet għat-tilqim ta’ tfal b’saħħithom li għandhom bejn sitt xhur u ħames snin.
Kull sena huwa meħtieġ aġġornament tal-vaċċini kontra l-influwenza staġonali, peress li l-viruses tal-influwenza jevolvu b’mod kontinwu.
Kif tiġi kkurata l-influwenza?
Għall-parti l-kbira tal-każijiet ta’ influwenza, il-pazjenti jingħataw parir biex joqogħdu fis-sodda u jistrieħu filwaqt li jixorbu ħafna fluwidi sabiex jikkontrollaw is-sintomi tagħhom. Meta persuna toqgħod id-dar tnaqqas ir-riskju li tinfetta lil ħaddieħor. Huwa rrakkomandat li l-pazjenti jfittxu parir mediku jekk il-kundizzjoni tagħhom tkompli taqleb għall-agħar.
Il-mediċini antivirali, meħuda malajr kemm jista’ jkun wara li jitfaċċaw l-ewwel sintomi tal-marda huma miżuri siguri u effettivi għall-kura tal-influwenza. Ġeneralment huma rakkomandati għal każijiet li jiġu rikoverati l-isptar, dawk severi jew li jipprogressaw malajr u għal gruppi b’riskju għoli. (2).
F’xi każijiet, il-pazjenti jiżviluppaw kumplikazzjonijiet batteriċi wara infezzjoni tal-influwenza u jkollhom bżonn jiġu kkurati b’antibijotiċi.
Referenzi:
(1) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE dwar it-tilqim kontra l-influwenza staġonali [https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009H101…]
(2) Infografika: L-antivirali kif jikkuraw u jipproteġu kontra l-influwenza? (europa.eu)
Għal aktar informazzjoni iċċekkja s-sit web tal-ECDC https://www.ecdc.europa.eu/en/seasonal-influenza/facts/factsheet
Nota: L-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni ġenerali u ma għandhiex tintuża bħala sostitut tal-għarfien espert individwali u għall-ġudizzju ta’ professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa.
Aktar skedi informattivi
Haemophilus influenzae tat-tip b (Hib)
Fatti ewlenin dwar il-Haemophilus influenzae tat-tip b (Hib), is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tittieħed, il-prevenzjoni u t-trattament.
Il-gattone
Fatti ewlenin dwar il-gattone, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jittieħed, il-prevenzjoni u t-trattament.
Il-ġidri r-riħ (variċella)
Fatti ewlenin dwar il-ġidri r-riħ (variċella), is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jittieħed, il-prevenzjoni u t-trattament.