Tilqim qabel it-tqala

Pregnant person getting vaccinated against RSV by their doctor

Jekk joħorġu matul it-tqala xi infezzjonijiet jistgħu jwasslu għal difetti konġenitali fit-trabi bħal dewmien fl-iżvilupp, mard tal-qalb, indebolimenti fis-smigħ, problemi fil-vista, ċikatriċi u saħansitra mewt. Jekk taċċerta ruħek li tinsab aġġornata bit-tilqim tiegħek, u jekk tieħu kwalunkwe tilqim li jista’ jkollok bżonn qabel it-tqala, tista’ tevita xi wħud mit-theddid l-aktar serju għat-tarbija tiegħek.

Rubella

Ir-rubella (il-ħosba Ġermaniża) hija infezzjoni virali. Normalment din tkun marda ħafifa li tikkawża raxx u nefħa f’individwi b’saħħithom. Madankollu, jekk ir-rubella toħroġ matul l-ewwel tliet xhur tat-tqala, hemm aktar probabbiltà li twassal għal mard sever u x'aktarx li tirriżulta f’korriment jew f’tarbija li titwieled b’disturbi konġenitali magħrufa bħala s-sindromu tar-rubella konġenitali (CRS).

F’20 % tal-każijiet, infezzjoni tar-rubella matul l-ewwel tliet xhur tat-tqala tirriżulta f’korriment. 

Is-sindromu tar-rubella konġenitali jikkawża kumplikazzjonijiet f’85 % tat-trabi li ommijiethom ħarġitilhom ir-rubella matul l-ewwel tliet xhur tat-tqala. Dawn il-kumplikazzjonijiet jinkludu truxija, katarretti, difetti fil-qalb, disturbi fil-moħħ, dewmien fl-iżvilupp u ħsara fl-organi. It-tfal li jitwieldu bis-CRS jistgħu jiżviluppaw id-dijabete u disturbi fit-tirojde aktar tard fil-ħajja. 

Jekk beħsiebek toħroġ tqila għandek tivverifika l-istatus tat-tilqim tiegħek, peress li ma tistax titlaqqam kontra r-rubella matul it-tqala. Huwa importanti li tikkonsulta lit-tabib u l-linji gwida nazzjonali dwar it-tilqim. 

Ir-rubella

Fatti ewlenin dwar ir-rubella, is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif tinxtered, il-prevenzjoni u l-kura.

Ġidri r-riħ

Filwaqt li 90 % tal-infezzjonijiet tal-ġidri r-riħ (variċella) iseħħu fit-tfal, l-effetti tal-virus huma aktar severi fl-adulti. Jekk il-ġidri r-riħ joħroġ matul it-tqala, dan jista’ jikkawża mard sever u jżid ir-riskju ta’ korriment, sindromu tal-variċella konġenitali, jew variċella neonatali jekk it-tarbija titwieled meta l-infezzjoni tkun attiva. 

Is-sindromu tal-variċella konġenitali jikkawża diżabilitajiet fiżiċi u intellettwali serji tul il-ħajja kif ukoll problemi tal-ġilda.

It-tilqim jista’ jipprevjeni l-ġidri r-riħ u l-kumplikazzjonijiet tiegħu. Jekk qatt ma kellek ġidri r-riħ jew qatt ma tlaqqamt kontrih, qabel ma toħroġ tqila għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek kif ukoll il-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar it-tilqim. 

Il-ġidri r-riħ (variċella)

Fatti ewlenin dwar il-ġidri r-riħ (variċella), is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, il-fatturi ta’ riskju, kif jittieħed, il-prevenzjoni u t-trattament.

Vaccination during pregnancy

Vaccinating a pregnant person protects them from potentially severe disease and complications during their pregnancy and can also extend that protection to a newborn after birth.