Skedi informattivi dwar il-mard
Illum, diversi mardiet jistgħu jiġu evitati permezz tat-tilqim. Permezz tat-tilqim, in-nies jistgħu jiġu protetti kontra mard li jista’ jkollu konsegwenzi serji għas-saħħa tagħhom. It-tilqim inaqqas ukoll ir-riskju ta’ tixrid tal-mard fost il-membri tal-familja, il-ħbieb tal-iskola jew il-kollegi, il-ħbieb u l-ġirien, kif ukoll lil nies oħra fil-komunità. Ir-riċerka tibqa’ għaddejja biex tiżviluppa tilqim kontra aktar mard.
Biex issir taf aktar dwar il-mard li jista’ jiġi evitat permezz tat-tilqim, ikkonsulta l-iskedi informattivi ta’ hawn taħt. Kull skeda informattiva tipprovdi fatti ewlenin dwar marda, b’ħarsa ġenerali lejn is-sintomi, il-kumplikazzjonijiet, kif tinxtered il-marda, min jinsab f’riskju, kif il-marda tista’ tiġi evitata u kif tista’ tiġi ttrattata.
Bħalissa huma disponibbli skedi informattivi dwar diversi mard prevenibbli b’vaċċin u dwar il-COVID-19. Aktar skedi informattivi se jiġu inklużi fi stadju aktar tard.
Nota: L-informazzjoni li tinsab f’dawn l-iskedi informattivi hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni ġenerali u ma għandhiex tintuża bħala sostitut tal-għarfien espert individwali u tal-ġudizzju ta’ professjonist fil-kura tas-saħħa.