Is‑sigurtà tal‑vaċċini – Tweġibiet għall‑mistoqsijiet ewlenin
Is‑sikurezza tat‑tilqim hija żgurata permezz ta’ proċess strett ta’ ttestjar, evalwazzjoni u regolamentazzjoni. Il‑vaċċini kollha jridu jgħaddu minn diversi stadji qabel ma jiġu approvati għall‑użu fl‑UE.
Is‑sigurtà tal‑vaċċini – Tweġibiet għall‑mistoqsijiet ewlenin
Malti (206.99 KB - PNG)Tgħallem aktar
Min għandu joqgħod attent rigward it-tilqim u t-tobba f’liema każ jagħtu parir biex dan ma jsirx?
Il-vaċċini jgħallmu lis-sistemi immunitarji tagħna kif jiġġieldu l-mard. Sir af kif jaħdmu biex jipproteġuna milli nimirdu.
Il‑vaċċini jippermettu lis‑sistema immunitarja li toħloq memorji tal‑viruses jew tal‑batterji li jkunu jinsabu fihom. Meta darb’oħra l‑persuna mlaqqma tiltaqa’ ma’ dak il‑virus jew batterju, is‑sistema immunitarja tagħha tkun tista’ tagħrfu, u malajr tipproduċi l‑antikorpi u ċ‑ċelloli immunitarji t‑tajba biex toqtlu.