Id-data ta’ sorveljanza l-aktar aġġornata fl-UE
Atlas ta’ Sorveljanza
Atlas ta’ Sorveljanza
L-Atlas ta’ Sorveljanza tal-ECDC ta’ Mard Infettiv jipprovdi data dwar it-tifqigħat ta’ mard infettiv fl-Istati Membri tal-UE. L-għodda turi data dwar mard li jista’ jiġi evitat bil-vaċċini, bħall-ħosba, id-difterite, il-pertussi u r-rubella. Tipprovdi għażliet sabiex l-utent ikun jista’ jiffiltra l-informazzjoni skont il-kriterji bħall-marda u l-perjodu ta’ żmien. Id-data hija bbażata fuq l-informazzjoni sottomessa u vverifikata mill-Istati Membri permezz tas-sistema ta’ sorveljanza tal-mard tal-ECDC.
Aġġornamenti dwar il-COVID-19
Vaccine tracker
Il-Vaccine Tracker tal-COVID-19 jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-progress fid-distribuzzjoni tal-vaċċini tal-COIVD-19 fl-adulti (li għandhom 18-il sena u aktar) fl-Istati Membri kollha tal-UE/taż-ŻEE. Bħala dashboard interattiv, il-Vaccine Tracker jippreżenta data dwar l-għadd ta’ dożi ta’ vaċċini mqassma mill-manifatturi lil kull Stat Membru għall-vaċċini differenti awtorizzati għall-użu fl-UE u l-għadd tal-ewwel dożi, it-tieni dożi jew dawk mhux speċifikati amministrati lil individwi adulti.
Aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19
Ħarsa ġenerali tad-data kollha disponibbli dwar il-pandemija tal-COVID-19.
