L-effettività tat-tilqim

Il-kapaċità ta’ tilqima li tipprevjeni marda speċifika tiddetermina l-effettività tagħha. It-tilqim awtorizzat huwa effettiv biex jipprevjeni l-mard u jipproteġi l-popolazzjoni meta jingħata b'mod korrett.
Bħal kwalunkwe mediċina, l-ebda tilqima mhija effettiva mija fil-mija f'kull persuna mlaqqma. L-effettività f'individwu tiddependi fuq għadd ta' fatturi. Dawn jinkludu:
- l-età tagħhom;
- mard jew kundizzjonijiet oħra li jista' jkollhom;
- iż-żmien minn mindu jkunu tlaqqmu;
- kuntatt preċedenti mal-marda;
- kif tingħata t-tilqima;
- it-tilqima.
Pereżempju, it-tilqima kontra l-ħosba, il-gattone u r-rubella (MMR) hija effettiva ħafna biex tipprevjeni l-mard. Tipikament, din tipprovdi protezzjoni tul il-ħajja u għandha effettività ta' madwar 97-99 % fost tfal b'saħħithom li jirċievu żewġ dożi.
F'xi ċirkostanzi, persuna xorta tista' timrad anke wara li tirċievi d-dożi rrakkomandati ta' tilqima kontra dan. Dan huwa dovut għall-fatt li l-persuna ma tkunx żviluppat biżżejjed protezzjoni kontra l-marda jew minħabba li l-immunità tibda tonqos maż-żmien. Madankollu, f'dawn il-każijiet, is-sintomi tal-persuna ta' spiss ikunu anqas qawwija minn dawk mingħajr tilqima. Barra minn hekk, hemm probabbiltà anqas li jinfettaw lil oħrajn.
Benefiċċji tat-tlaqqim
Il-vaċċini jipprevjeni mard li jista’ jikkawża problemi tas-saħħa, diżabilitajiet, jew mewt. Minħabba t-tilqim ħafna mard issa huwa rari.
Approvazzjoni tal-vaċċini fl-Unjoni Ewropea
Informazzjoni dwar l-approvazzjoni, l-ittestjar u l-evalwazzjoni xjentifika tal-vaċċini mill-awtoritajiet, sabiex jiġu kkontrollati l-kwalità, l-effettività u s-sikurezza.
Monitoraġġ tas-sikurezza tal-vaċċin u rappurtar ta’ effetti sekondarji
Wara li l-vaċċini jiġu approvati, l-awtoritajiet tal-UE u dawk nazzjonali jimmonitorjaw kontinwament l-effetti sekondarji f’persuni li jkunu ħadu l-vaċċin.
Kif jaħdmu l-vaċċini
Sir af kif il-vaċċini jipproteġu lill-persuni billi jiskattaw reazzjoni immunitarja.
Deċiżjonijiet dwar il-vaċċini li jintużaw f’pajjiżi Ewropej differenti
Tgħallem kif il-pajjiżi Ewropej jiddeċiedu dwar liema vaċċini se jkunu parti mill-programmi nazzjonali tat-tilqim tagħhom.